Iktar kmieni llum, sfortunatament tilef ħajtu raġel anzjan wara li għeleb u waqa minn sular għoli f'Ħad Dingli. Ir-raġel ġie identifikat bħala Frans Scicluna ta' 71 sena. 

Bosta ħbieb u qraba ta' Frans kitbu fuq Facebook dwar ix-xokk li ħassew malli semgħu bl-aħbar. Iddeskrivewh bħala ġentlom, ħabib u raġel tal-familja.

Frans ħalla jibku t-telfa tiegħu lil martu Antonia, lit-tfal tiegħu Maria, Edison u Olivia u bla dubju lill-familjari kollha tiegħu. Nagħtuhom il-kondoljanzi sinċiera. 

Strieħ fis-sliem, Frans. 


Marija Bellia