Permezz tal-midja soċjali, l-kompożitur Ingliż ta’ fama mondjali Andrew Lloyd Webber qasam l-aħbar xokkanti li ibnu ħalla din id-dinja fl-età tant żgħira ta’ 43 sena.

Bħal missieru, Nicholas kien ukoll kompożitur ta’ fama internazzjonali fejn jibqa’ magħruf sew għall-mużika ta’ The Little Prince. Kien ukoll nominat għall-Grammy flimkien ma’ missieru għall-produzzjoni ta’ Cindirella.

Lord Lloyd Webber, li jibqa’ magħruf bħala l-kompożitur tal-mużika f’ The Phantom of The Opera u Jesus Christ Superstar, qal li l-familja kollha jinsabu maqgħudin flimkien u li jinsabu qalbhom maqsuma.

Nicholas miet ġewwa hospice wara ġlieda kontra l-marda tal-kanċer. Jistrieh fis-sliem!

Facebook/Ovation


Charlton Cefai