Jekk qatt kont għaddej minn Triq ir-Repubblika tard billejl jew minn Bieb il-Belt aktar kmieni fil-ġurnata, jista' jkun ġieli nzertajt lil dan il-mużiċist idoqq il-kitarra elettrika bil-kaxxa tal-kitarra miftuħa quddiemu tilqa' d-donazzjonijiet.

Illum, Lovin Malta ħabbru li dan il-mużiċist, li kien jismu Alan, ħalliena x-xahar li għadda, f'Diċembru 2022.

L-identità tiegħu kienet waħda misterjuża mmens, iżda l-preżenza tiegħu kienet tinħass, speċjalment minħabba l-fatt li l-kitarra tiegħu kont tismagħha minn mitt metru 'l bogħod.

Guadalupe Cascardo, li hu mużiċist ukoll, kiteb hekk dwar Alan: "Sfortunatament, riċentament skoprejt li Alan, dak ir-raġel cool bil-kitarra, m'għadux magħna. Id-determinazzjoni u r-reżiljenza tiegħek huma indimentikabbli [...]. Il-Belt Valletta qatt mhu se terġa' tkun l-istess."

Strieħ fis-sliem, Alan.

Guadalupe Cascardo, Lovin Malta, Malta Travel Guide


Bradley Cachia