"Awguri f'għeluq it-80 sena tiegħek, Nanna!" kitbet il-kantanta u l-attriċi Michela Galea fuq Facebook ilbieraħ.
Żiedet, "Grazzi tal-imħabba u l-appoġġ li tajtni matul is-snin. Inħobbok ħafna."
Kienu bosta dawk in-nies li awguraw lil Vivienne f'dan il-mument speċjali f'ħajjitha, li qattgħatu mdawra bil-familja u l-iktar nies qrib tagħha.
Nawgurawlek iktar snin ta' saħħa u għożża!