Fuq il-paġna uffiċjali ta' Miss World Malta ħarġu xi ritratti tal-parteċipanti li se jkunu qed jieħdu sehem fl-edizzjoni li jmiss ta' Miss World. Ir-rebbieħa ta' dan il-konkors eventwalment tirrappreżenta lil Malta f'Miss World - kompetizzjoni prestiġjuża mmens.

Din mhux l-ewwel darba li qed naraw kantanta tittanta xortiha f'din il-kompetizzjoni. Lura għal 2017 il-kantanta u attriċi Michela Galea rebħet id-dritt li tirrapreżenta lil Malta f'dan il-konkors fejn saħansitra rnexxielha tirbaħ Miss World Talent, filwaqt li fl-2019 Nicole Vella wkoll irrappreżentat lil Malta f'dan il-konkors.

Fis-snin li għaddew rajna lil Victoria Sciberras tittanta xortiha fl-istess kompetizzjoni f'pajjiżna u rnexxielha tasal mal-ewwel ħamsa iżda ma rebħitx il-kompetizzjoni. Christina Magrin tittama li jkollha s-suċċess sabiex tittanta xortiha f'din il-kompetizzjoni barra minn xtutna, b'ċans b'saħħtu li tikkompeti wkoll għat-titlu ta' Miss World Talent.

Christina Magrin, li llum il-ġurnata sare tuża l-isem Karei bħala artista, dehret f'diversi kompetizzjonijiet lokali u anke intrernazzjonali, hi rrappreżentat lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest tal-2016, kif ukoll rajnieha fl-ewwel edizzjoni tal-konkors Mużika Mużika. It-talent tagħha ħadha anke barra minn xtutna fejn kisbet diversi premji prestiġjużi.

Fatt interessanti hu li barra d-dixxiplina tal-kant li Christina tispikka mmensament fiha, hi wkoll żeffiena mill-aqwa. Illum il-ġurnata barra dawn iż-żewġ dixxiplini qed tiffoka wkoll fuq il-kitba tal-kanzunetti fejn waslet fis-semifinali u fil-finali tal-Malta Eurovision Song Contest tal-aħħar sentejn.

F'isem it-tim ta' Gwida, nawgurawlha l-isbaħ xewqat f'din l-avventura ġdida. Ninsabu konvinti li se tkun qed tagħti ħilitha biex taqta' figura tajba, fl-istess ħin nieħdu l-opportunità li nawguraw lill-kontestanti kollha f'Miss World Malta. Miss World hu mtella' minn Sue Rossi u Claudia Calleja.

Facebook / Karei


Emil Calleja Bayliss