Puttinu Cares qasmu l-istorja taċ-ċkejkna Cikki, li għalkemm għaddiet minn ħafna għall-età tagħha, xorta tikkunsidra li hi xxurtjata.  “Il-ġrajja ta’ Cikki bdiet f’Mejju tal-2022 meta bdiet tieħu l-kura intensiva. Meta l-kundizzjoni tagħha ġiet stabbli, ħaduna r-rainbow ward u laqgħuna b’idejhom miftuħin Puttinu u l-istaff kollu tar-Rainbow Ward. Kollha middew idejhom għax-xogħol u għenuna ngħixu f’dawn iż-żminijiet diffiċli. Għandha ħafna imħabba madwarha. Minkejja d-diffikultajiet li għandha Cikki, tikkunsidra lilha nfisha xxurtjata li għandha t-tieni familja magħmula mill-voluntiera, tobba, infermiera, fiżjoterapisti, u carers” kitbu.  

Is-sezzjoni tal-kummenti mogħnija b'nies jixtiequ l-aħjar għal Cikki, u li għandhom seba' mitt sena sakemm tirritorna lura l-iskola!


Nicole Zammit