Il-fanatiċi tal-futbol żgur li se jkollhom xahar eċitanti, dan għaliex ninsabu ftit jiem 'il bogħod mill-bidu tal-EURO 2024. L-aħħar edizzjoni intrebħet mit-tim Taljan, li rnexxielu jirbaħ it-Tazza fuq l-Ingilterra fejn lagħbu l-finali ġewwa Wembley.
24 pajjiż huma maqsumin f'sitt gruppi differenti. Kollha bil-ħolma li jgħollu t-trofew. Il-pajjiż li qed jospita din id-darba hu l-Ġermanja. Wieħed jistaqsi jekk il-fatt li se sseħħ ġol-Ġermanja hux se jkun ta' vantaġġ għat-tim Ġermaniż. S'issa mad-djar tal-imħatri, l-Ingilterra huma l-favoriti, isegwu l-Franċiżi u warajhom il-Ġermaniżi. It-Taljani li rebħu l-aħħar edizzjoni jinsabu fis-sitt post.
Hawn taħt issibu t-timijiet ta' din is-sena.
Grupp A
- Il-Ġermanja
- L-Iskozja
- L-Ungerija
- L-Isvizzera
Grupp B
- Spanja
- Il-Kroazja
- L-Italja
- L-Albanija
Grupp Ċ
- L-Islovenja
- Id-Danimarka
- Is-Serbja
- L-Ingilterra
Grupp D
- Il-Polonja
- L-Olanda
- L-Awstrija
- Franza
Grupp E
- Il-Belġju
- Is-Slovakkja
- Ir-Rumanija
- L-Ukrajna
Grupp F
- It-Turkija
- Il-Ġorġja
- Il-Portugall
- Ir-Repubblika Ċeka
Nawguraw lil kull tim kampanja pożittiva, ċertament li ħafna partitarji minn madwar l-Ewropa se jkunu qed isegwu mill-viċin!