Studju riċenti sab li iktar min-nofs l-adulti madwar id-dinja kibru jorqdu bis-soft toy favorit tagħhom magħhom u għadhom jagħmlu hekk, avolja għandhom partner.

Stħarriġ ta' 2,000 adult li jgħixu mas-sieħeb jew sieħba tagħhom żvela disturbanzi komuni fl-irqad, bħas-serq tal-liżar, tidwir, inħir, u dwal u televisions mixgħulin. Il-ħasil qabel l-irqad huwa kruċjali għal bosta nies u li jkollok rutina ta' rqad fissa huwa essenzjali biex torqod aħjar meta taqsam sodda ma' xi ħadd ieħor.

Saqqijiet u mħaded aqwa, flimkien ma' sodod ikbar, kienu kkunsidrati bħala soluzzjonijiet prospettivi għal dawn id-disturbanzi, b'kważi nofs il-parteċipanti tal-istħarriġ jistqarru li huma lesti jipprovaw jorqdu f'sodod separati għax f'sodda ta' tnejn ma jorqdux sew.

L-istudju tmexxa minn Prof. Sean Lee Ross, akkademiku fit-Tacoma Institute of Technology and Science (TITS) ta' Washington, fl-Istati Uniti.


Gwida.mt