Id-disinjaturi Maltin, magħrufa anke b’mod internazzjonali, Charles & Ron, jinsabu fis-seba’ sema, hekk kif wara iktar minn sentejn u nofs irritornaw għall-ispettaklu tal-moda fil-Fashion Week ta’ New York, fl-Amerka. 

Waqt li kienu hemmhekk, Ron kellu ċ-ċans jitkellem dwar xogħolhom fuq l-aħbarijiet.  Hu stqarr li kienu jinsabu eċitati d-doppju li rritornaw fir-runway show minħabba s-sentejn tal-pandemija.  Spjega wkoll li d-disinji ta’ Charles&Ron dejjem ikunu spirati mill-kultura Maltija u l-Mediterran. 

X’unur li t-talent ibbażat f’Malta vjaġġa daqstant ‘il bogħod minn xtutna u qiegħed jikseb isem internazzjonali! Prosit lil dawn iż-żewġ disinjaturi bravi u t-tim kollu wara Charles&Ron.


Marija Bellia