Il-psikologu u sesswologu Dr Nicholas Briffa kiteb fuq il-midja soċjali tiegħu dwar ix-xahar ta’ Settembru li hu ddedikat għall-prevenzjoni tas-suwiċidju. “L-istigma li teżisti madwar is-saħħa mentali għadha qawwija ħafna. Irridu naħdmu flimkien biex inħassru din l-istigma. Mhux dan ix-xahar biss, imma kull xahar” kiteb Briffa.

Hu ħeġġeġ lin-nies biex jiddedikaw ftit ħin u jaraw li dawk ta’ madwarhom sejrin tajjeb. “Id-destigmatizzazzjoni tal-konversazzjonijiet dwar is-saħħa mentali se tgħin biex issalva diversi ħajjiet” żied jgħid.

Jekk int jew xi ħadd li taf qed jesperjenza diffikultajiet fis-saħħa mentali, tista’ ċċempel fuq 1579.

Facebook / Nicholas Briffa


Nicole Zammit