Il-membru parlamentari Rebekah Borg u żewġha Jurgen sena ilu taw kelma lil xulxin u sar uffiċjalment miżżewġin. Ġurnata li bla dubju tibqa' mmarkata f'ħajjithom u fil-memorji tagħhom, u li minnha nibtet imħabba dejjem akbar, u issa familja wkoll.

Fil-fatt Jurgen tefa' ritratt fuq il-profil tiegħu fejn jgħid li qegħdin fl-istess post fejn saru ta' xulxin fiż-żwieġ, din id-darba flimkien ma' binthom Elizabeth. "Iżżewwiġna hawn, sena wara erġajna hawn u għandna wkoll lil Betta."

Fil-fatt huma semmew lil binthom Elizabeth wara l-isem tal-post fejn iżżewġu, Ta' Betta. Awguri minn qalbna!

Facebook/ Jurgen Borg


Kyle Zarb