Il-Milied wara l-kantuniera u hekk kif qed jiżvolġi l-istaġun tal-festi, wasal iż-żmien li nippruvaw xi ħaġa ġdida. Charcuterie Suzanne li jinsab f’Pama ġol-Mosta huwa post li ta' min jara x'għandu x'joffri. Post iddedikat għall-eċċellenza kulinarja. Huma dejjem ifittxu li jakkwistaw l-aktar ingredjenti fini biex jinżammu l-ogħla standards ta’ kwalità u togħmiet mill-aqwa. L-għan tagħhom hu li jiżguraw vjaġġ gastronomiku għall-klijenti kollha tagħhom. Huma joffru hampers speċjali li jagħmlu rigal perfett għal dan iż-żmien u fl-istess waqt tista' tordna l-platters għall-festini tiegħek.

Għand Charcuterie Suzanne, l-eċċellenza mhijiex biss standard iżda għalihom din hija wkoll impenn. Il-hampers u l-platters tal-Milied tagħhom jinkorporaw dan l-impenn bl-aħjar mod possibbli. Huma joffru:

Sengħa artiġjanali: Kull prodott huwa kapolavur artiġjanali magħmul b'tant passjoni u preċiżjoni.

Ingredjenti ta' kwalità: Is-selezzjoni ta' ingredjenti huma fost l-ifjen minn madwar id-dinja, dan sabiex jiżguraw esperjenza unika f’kull gidma.

Għarfien espert: l-esperti tagħhom jaraw li l-esperjenzi jmorru lil hinn mill-ordinarju, u joħolqu mumenti ta’ ferħ u indulġenza.

Hampers tal-Milied

Il-hampers tagħhom magħmula b’attenzjoni biex jolqtu l-gosti ta' kulħadd. Żurhom biex issib aktar prodotti mill-aqwa. Prodotti delizzjużi minn madwar id-dinja, xi ħaġa differenti kuljum minn issa sal-Milied, u anke wara!

Platters għall-Festini

Jekk se tospita xi festin tal-Milied id-dar jew l-uffiċċju, il-platters speċjali tagħhom żgur li huma l-għażla perfetta. Charcuterie Suzanne jaċċellaw fil-platters tant li kulħadd jispiċċa jitkellem fuqhom.

Hawn huma xi wħud mill-ingredjenti li tista’ tagħżel għall-platters tiegħek. Żur is-sit tagħhom www.charcuteriesuzanne.com biex tesplora l-prieżet, il-ġobnijiet, l-insalati u d-dips kollha tagħhom, jew żurhom f’Pama.

 Eminence Grise

L-eminence grise huwa ġobon Gouda, prodott l-Olanda u misjur fi Franza, bi proċess uniku ta’ maturazzjoni.

Ventricina Piccante

Ventricina Piccante, salami klassiku Taljan! Dan is-salami pikkanti mir-reġjun ta' Abruzzo jimla' l-hampers b’togħmiet fantastiċi, u magħhom tista' żżid xi ħaġa tajba relatata mal-festi.

Goat's Cheese bil-Cranberries

Iċċelebra l-istaġun tal-Milied bil-ħlewwa tal-ġobon imħallat mal-cranberries. In-nisġa kremuża u t-togħmiet mimlija ħlewwa jagħmluha aktar pjaċevoli għal kull min ikollu ċ-ċans li jduq dan il-ġobon.

Dip Sqalli

It-togħmiet vibranti tat-tadam, iż-żebbuġ, u l-ħxejjex aromatiċi żgur li joħolqu dip mill-aqwa li jinżel għasel fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-Milied tiegħek.

Afda f'Charcuterie Suzanne biex il-festi tiegħek ikunu aktar speċjali. Esplora l-lista sħiħa ta' dak li joffru huma fuq www.charcuteriesuzanne.com u tista' ċċempel fuq +356 9929 8642 biex tagħmel l-ordni tiegħek.


Gwida.mt