Illum il-ġurnata ma noqogħdux u lanqas nimmaġinaw ħajjitna mingħajr l-internet peress li lkoll niddependu tant minnu. Madankollu, dan jista' jinbidel kollu s-sena d-dieħla.

Ċiklu ta’ maltempati solari li se jseħħ is-sena d-dieħla huwa mistenni u previst li jikkawża kaos speċjalment fil-konnettività tal-internet. L-ewwel tbassir jgħid li matul ix-xhur tal-ewwel nofs tal-2024 se jintlaqtu minn dawn il-maltempati solari.

Flares solari u r-radjazzjoni huma żewġ fenomeni li xjentisti u inġiniera jqattgħu għadd ta’ sigħat jinvestigaw biex itaffu l-impatt tagħhom fuq id-Dinja u t-teknoloġija umana. Flare solari hija eruzzjoni lokalizzata intensa ta’ radjazzjoni elettromanjetika fl-atmosfera tax-Xemx.

Qabel ma tolqot l-ewwel tifqigħa solari, ser ikollna biss 24 siegħa ta’ avviż.


Bernard Xuereb