Up and Up With Faith hija paġna fuq il-midja soċjali li tiddokumenta l-ħajja ta’ Faith, mill-perspettiva ta’ ommha. Faith m’ilux laqgħet fid-dinja, flimkien mal-bqija tal-familja, lil ħuha Theo. “Intom aħwa, u t-tnejn li intom għadkom ma tafux xi tfisser din ir-relazzjoni.  Iżda ħarsa waħda lejkom u naf li bejnietkom diġa nibtet xi ħaġa speċjali.  Faith, b’dak il-leħen ħelu u l-ġentilezza li biha iżżiegħel u tbus lil ħuk, u Theo b’dik il-ħarsa li trid tgħid ħafna, avolja għadek ċkejken tarbija” kitbet il-paġna.

“Bħala ommkom, l-ikbar xewqa li għandi hi li kull meta nħares lejkom, nibqa’ nara din l-imħabba ta’ bejnietkom, imħabba naturali, imħabba ta’ protezzjoni minn kull għawġ, minn kull ħażen u minn kull uġiegħ li l-ħajja u d-dinja kapaċi joffru.  Jiħdukom fejn jiħdukom triqatkom, anke jekk fiżikament il-bogħod minn xulxin, qalbi tibqa’ tittama li f’xulxin tibqgħu issibu dan il-wens ħlejju li ċerta se li se jkollkom bżonn fit-traġitt ta’ ħajjitkom!” żiedet tgħid ommhom.


Nicole Zammit