Iż-żeffien Luke Brincat, li rajnieh f'diversi wirjiet fuq il-palk prestiġjuż ta' X Factor Malta, Malta Eurovision u Malta's Got Talent jew xi vidjo mużikali, kellu jum speċjali lbieraħ. Fil-fatt il-maħbub tiegħu David, proponielu għaż-żwieġ.  

Luke jidher li aċċetta minnufih u kiteb dwar dan fuq il-profil tiegħu."Iva, ovvja", kiteb Luke, waqt li wera ċ-ċurkett li tah David biex jistaqsieh jiżżewġu. Dan ġara propju fil-jiem ta' ċelebrazzjoni tal-Euro Pride 2023, festa ta' għaqda u mħabba.

Din ġrat darbtejn oħra fejn koppji proponew lil xulxin propju waqt il-Euro Pride. Minn qalbna f'isem Gwida.mt nawgurawlhom futur mimli saħħa, hena, imħabba u dak kollu li tixtieq qalbhom!


Gwida.mt