"Jiena Jacqueline. Kien il-25 ta' Novembru 2020 meta qaluli li għandi l-marda tal-Acute Myeloid Leukemia." Dan huwa kif bdiet il-messaġġ tagħha Jacqueline, pazjenta li sabet l-għajnuna mingħand Puttinu Cares.

Qalet kif għamlet erba' xhur fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija sakemm wasal iż-żmien biex tmur Sutton fl-Ingilterra għal trapjant. Kitbet ukoll dwar l-appoġġ li sabet mingħand Puttinu Cares, li saħansitra tawhom flett għalihom. "Ingħatajna flat fejn domna għal sitt xhur. Minn dakinhar sa issa erġajna morna għall-kura erba' darbiet oħra."

Kitbet kif inhu ta' serħan il-moħħ għaliha li kull meta jmorru jafu li se jsibu post fejn joqogħdu.

Għaldaqstant, ħeġġew lin-nies biex jgħinu lil Puttinu Cares biex ikomplu jagħmlu l-ġid ma' tant u tant familji, speċjalment waqt il-maratona tal-Ġimgħa l-Kbira.

Facebook / Puttinu Cares


Bradley Cachia