Illum tiċċelebra għeluq sninha l-preżentatriċi maħbuba Josette Sciberras. Lil Josette bħalissa qed narawha tippreżenta l-programm Indigo flimkien ma' Lon fuq ONE TV. Programm segwit ferm mit-telespettaturi. Fl-iskedi passati rajnieha wkoll tippreżenta l-programm Kalamita flimkien ma' Alfred Zammit.

F'dan il-jum speċjali, il-Mro Dominic Galea li jiġi l-maħbub ta' Josette, iħalliha messaġġ qasir iżda li jfisser ħafna fuq il-mezzi soċjali tagħha sabiex jawguralha l-isbaħ xewqat f'dan il-jum. Hu jikteb, "Happy Birthday għażiża Josette. Jalla Alla jbierkek dejjem. Inħobbok ħafna."

Aħna f'isem it-tim ta' Gwida, nawguraw lil Josette l-isbaħ xewqat. Nittamaw li jkollha jum mimli b'dak kollu li tixtieq qalbha u sena pożittiva mimlija saħħa, hena u ferħ fejn ikollha ċ-ċans li twettaq dak kollu li tixtieq.

Awguri mill-qalb għażiża!

Facebook / Josette Sciberras


Emil Calleja Bayliss