Il-kantant Claudio Teuma Castelletti mill-grupp popolari Kantera li ftit tal-jiem ilu ċċelebra l-anniversarju ma' martu, illum jawgura lill-ġenituri tiegħu li qed jiċċelebraw 43 sena miżżewġin. Missieru Freddie Catelletti, li forsi ħafna jiftakruh bħala kantant kien qal is-signor si proprju 43 sena ilu u bħal ibnu għażlu x-xahar ta' Ġunju!

Claudio fuq il-mezzi soċjali tiegħu jaqsam ritratt tal-ġenituri u jikteb, Awguri fit- 43 anniversarju taż-żwieġ lill-ġenituri tiegħi Mary Lou Castelletti u Freddie Castelletti. Grazzi tal-valuri sodi, l-imħabba, u r-rispett li dejjem urejtuni u għallimtuni tul ħajti."

F'isem it-tim ta' Gwida, nawgurawlhom l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollhom aktar snin ta' mħabba, saħħa u kuntentizza flimkien. Awguri mill-qalb!

Facebook / Claudio Teuma Castelletti


Emil Calleja Bayliss