Il-mużiċist Adrian Brincat minn Versatile Band, għadu kif ħabbar it-telfa tal-għażiż missieru. Fil-fatt hu ħabbar dan aktar kmieni dalgħodu, fejn xtaq juri l-imħabba u l-apprezzament tiegħu lejn missieru wara kemm kien hemm għalih u għall-familja.

"Strieħ fis-sliem għażiż missier, u grazzi ta' kull m'għamilt għalija u għall-familja kollha. Inħobbok. 13 t'Awwissu 2022." Adrian xerred ritratti flimkien ma' missieru bħala tifkira.

Hu ħabbar li l-aħħar tislima lil missieru ser tingħata propju nhar l-Erbgħa 17 t'Awwissu fl-16:00 ġewwa l-Knisja ta' Ħaż-Żabbar. F'isem it-tim kollu ta' Gwida.mt noffru l-kondoljanzi tagħna lil Adrian u lill-familjari kollha.


Kyle Zarb