Il-kantant lokali Nathan Psaila, li rajnieh fit-tieni staġun ta' X Factor Malta u waqt il-Malta Eurovision, xtaq jawgura xewqat sbieħ lil missieru li llum qed jiċċelebra għeluq sninu.

"Awguri kbira f'għeluq l-45 sena tiegħu tmur lill-aqwa missier u l-akbar ħabib. Grazzi għall-imħabba, l-appoġġ u l-paċenzja kollha tiegħek. Napprezza verament kull ma tagħmel għalija." Xerred anke xi ritratti mill-isbaħ tiegħu u ta' missieru, li żgur tant jgħożżu.

Awguri minn qalbna f'isem Gwida.mt!


Kyle Zarb