"Missier, nixtieq naqsam dan il-ħsieb ċkejken, però għalija jiswa' mitqlu deheb." Hekk beda l-messaġġ tiegħu Gilbert Camilleri, magħruf bħala l-Bibi, lill-għażiż missieru Joseph.

Kompla: "Fit-tlugħ u l-inżul, int bqajt dejjem hemm għalija, dejjem warajja, u tajtni l-ingredjenti neċessarji biex jien nasal fejn wasalt illum. Mingħajr l-għajnuna tiegħek u tan-nannu Frank, jien m'jien xejn. Dejjem tajtuni l-kuraġġ u wittejtuli t-triq għall-ħaġa li tant inħobb: il-mużika."

Qal kif il-kanzunetta Ġawhra, li se nkunu qed nisimgħuha kantata minn Michela Galea waqt il-festival Mużika Mużika, hija ddedikata lil missieru u lil nannuh, li rawmuh fid-dinja tal-mużika b'għożża kbira.

Finalment, wara li qasam l-imħabba li għandu għal missieru, il-Bibi awgurali ħafna ferħ f'għeluq sninu.

Facebook / Gilbert Il-Bibi Camilleri


Bradley Cachia