Il-ġenn fuq Love Island Malta jkompli u l-parteċipanti aktar ma jmur aktar qed jitkellmu fuqhom in-nies. Mument li ġibed l-attenzjoni ta' bosta waqt l-episodju tal-bieraħ ta' Love Island kien il-mument tal-verità ta' Dale, fejn kellu jwieġeb mistoqija xi ftit skomda iżda hu ma ddejjaq xejn jagħmel dan.

Il-mistoqsija ta' Dale kienet biex jaqsam storja sesswali imbarazzanti li ġratlu. Bla ma ħasibha wisq Dale qal li darba minnhom għamel xi 14/15-il minuta sabiex irnexxielu jilbes il-condom. Hu jistqarr, "Onestà hu... konna żgħar. Fil-bidu hu." 

Il-parteċipanti ċapċpu għall-mod onest li tkellem bih Dale. Nieħdu spunt biex nfakkru fl-importanza tal-kontraċettivi għax huma kruċjali biex jipprevjenu tqala mhux intenzjonata u mard, filwaqt li jippermettu lill-individwi jagħmlu għażliet infurmati dwar is-saħħa riproduttiva tagħhom.

Biex wieħed jara l-episodju tal-bieraħ jista' jidħol HAWN

TVM / Love Island Malta


Gwida.mt