Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook, il-kantant Malti Kevin Borg qasam mas-segwaċi tiegħu aħbar sabiħa hekk kif żvela li kollox mar sew fl-operazzjoni li ħareġ minnha ftit tal-ħin ilu. Huwa qal, “għadni kemm ħriġt mit-tieni operazzjoni tiegħi u grat li kienet ta’ suċċess. Għadni kemmxejn fl-ispazju minħabba l-loppju, u għalkemm se jkun proċess iebes, ninsab ħeqan biex nirritorna lura fuq il-palk fejn hu posti.”

Kompla billi qal , “grazzi tal-kummenti sbieħ tagħkom mimlija sapport kbir. Ser inqatta’ l-lejl l-isptar għall-osservazzjoni u nixtieq nirringrazzja lill-ħaddiema tal-isptar Saint James u s-sur Mark Portelli u t-tim tiegħu talli operawni u ħadu ħafna ħsiebi.”

Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtieq nawgurawlek fejqan ta’ malajr!

Facebook/Kevin Borg


Charlton Cefai