Sfortunatament, fl-aħħar ftit sigħat kien hawn diversi aħbarijiet koroh dwar inċidenti u mwiet, kemm fuq livell nazzjonali u anke internazzjonali. Il-Mexxej tal-ADPD ikkummentat dwar dawn l-aħbarijiet koroh.

“Nagħti l-kondoljanzi tiegħi,” hi qalet b’referenza għall-imwiet tal-pumpier eroj u raġel ieħor involut f’inċident tat-traffiku.

“Bejn il-pumpier li miet, dan tal-mutur, suwiċidji, u mwiet varji, għandi l-feed qisha bulettin tal-gwerra,” hi kompliet tgħid.

“Gawdu l-ħajja: suqu bil-galbu, u qabel ma toħorġu, agħtu tgħannieqa lil min tħobbu,” hi tat parir. Kelmtejn li veru għandna għalfejn nieħdu bis-serjetà!

Facebook/Sandra Gauci


Bernard Xuereb