Ftit tal-ħin ilu HOOLI tefa' ritratt mill-passat fuq il-profil tiegħu ta' Facebook. Ritratt li fih hemm hu flimkien ma' ċkejken, li llum il-ġurnata nafuh bħala personalità dħulija, bi spirtu allegruż u bravissima.

Ftit ilu sa rnexxielu jwassal sensiela li niżlet tajjeb mat-telespettaturi, bl-isem ta' Illaħwa. Narawh ukoll jippreżenta fuq ir-radju flimkien mal-preżentatriċi, attriċi u influencer Taryn Mamo Cefai. Għaraftuh?

Hekk hu! Dak iċ-ċkejken mhu ħadd ħlief il-preżentatu u attur Jamie Cardona. HOOLI xerred dan ir-ritratt u ttaggja lil Jamie wkoll biex ifakkru f'din il-memorja mill-passat. Bħal Jamie, HOOLI huwa personalità għal qalb ħafna u li kontinwament jagħtina mużika oriġinali tal-ġenn.

Kemm jgħaddi ż-żmien, xi tgħid Jamie?!

Facebook/ HOOLI


Kyle Zarb