Kate, iċ-ċkejkna ta’ 4 snin li taqsam mumenti minn ħajjitha fuq il-paġna tagħha Kate: Writing My Story llum qed tiċċelebra mument speċjali flimkien ma’ familtha... u tinsab tassew kburija.

“Is-supereroj tiegħi, ommi.” – Hekk kitbet Kate fuq il-paġna, fejn qasmet ritratt li fih tidher liebsa l-kappell tal-gradwazzjoni filwaqt li ommha liebsa t-toga. 

Iżżid, “kemm jien kburija bik.  Għalkemm ħajjitna diffiċli, xorta rnexxielek tiġri wara l-ħolm tiegħek.  Awguri fil-gradwazzjoni tiegħek.”

Xi ħlew.  Prosit tassew tal-perseveranza li tħaddan il-familja kollha!


Marija Bellia