Ilbieraħ filgħaxija, fl-aħħar partijiet ta' Love Island Malta deher bombshell ġdid dieħel fil-villa. Ix-xnigħat li huma għaddejjin fuq il-mezzi soċjali, fuq gruppi fuq Whatsapp u fit-triq huma li l-bombshell il-ġdid jista' jkun Sean Jenko.

Kulma nafu fiċ-ċert hu li l-bombshell il-ġdid hu ġuvni tassew twil għax ġie deskritt bħala l-itwal bombshell li qatt daħal il-villa. Jidher li Sean għandu dawn il-kwalitajiet u meta wieħed iqabbel ir-ritratti tiegħu, ma dak li deher ilbieraħ, hemm ċans b'saħħtu li hu verament hu. 

Jidher li se niskopru eżatt min hu nhar is-Sibt, hekk kif jidher li hemm ċans flok ħa naraw episodju tal-biċċiet li ma dehrux tul din il-ġimgħa, ħa nkunu qed nassisstu għal episodju normali għada s-Sibt. Illejla ma hemmx programm.

Araw il-programm tal-bieraħ hawn!


Emil Calleja Bayliss