Il-kantant Kevin Borg ħabbar li għadu kemm lesta ir-rekordjar tal-kanzunetta Talba lil Publju.

Qal li se jkun qed ikanta din il-kanzunetta għal sena oħra waqt il-festa tal-Furjana, fejn se tkun qed titnieda b'mod esklussiv b'kollaborazzjoni mas-Soċjetà Filarmonika Vilhena u s-Surmast George Debono.

Hu rringrazzja lill-President tas-Soċjetà, Chris Vella, talli aċċerta li din il-kollaborazzjoni sseħħ.

Dan il-proġett jixhed imħabbet Kevin Borg għal-lokalità li trabba fiha, minkejja s-suċċess li għamel u għadu qed jagħmel fuq livell internazzjonali.

Awguri għal aktar suċċess, Kevin.

Facebook / Kevin Borg & Bradley Cachia


Bradley Cachia