Biex jiċċelebra għeluq is-seba' snin tiegħu, Jack Buttigieg iddeċieda li jiċċelebra mod ieħor.

Huwa għażel li flok jaċċetta r-rigali m'għand il-qraba tiegħu, jagħtihom bħala donazzjoni lil Puttinu Cares. B'hekk, dan it-tifel ta somma totali ta' €670 lill-fondazzjoni.

Puttinu Cares sejħu din id-donazzjoni "ġest ġentili u nobbli" u rringrazzaw lil Jack tal-inizjattiva tant speċjali tiegħu.

Aħna ningħadu ma' Puttinu Cares biex nawguraw liċ-ċkejken Jack ħafna suċċess u affarijiet sbieħ, filwaqt li ngħidulu prosit kbira tal-ġenerożità impekkabbli tiegħu, minkejja l-età tant tenera tiegħu.

Facebook / Puttinu Cares


Bradley Cachia