Il-paġna uffiċċjali tal-Parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni tal-Ħamrun qasmet l-istorja mill-isbaħ ta’ Fr Jude mill-Ghana, li kien qiegħed fosthom dawn l-aħħar jiem. Hu ġie mgħejjun mill-familja Scherri biex seta’ jsir Saċerdot, u ġie Malta biex jirringrazzjahom għal dak li għamlu miegħu.

Għada Fr Jude ser iħalli Malta u jerġa’ lura lejn il-Ghana sabiex ikompli l-istudji tiegħu fil-liturġija Mqaddsa. “Nawgurawlu mill-qalb li l-Mulej iżomm idejh fuqu u jaghtih li jkun qaddej fidil u qaddis tiegħU. Il-mulej miegħek father” kitbu.


Nicole Zammit