L-esploratur Malti Conrad Neil Gatt għadu kemm għamel studju riċerka waħdu dwar it-tul tal-Cottonera Lines kif ukoll Santa Margerita Lines. Fil-fatt dawn it-tnejn kien hemm li huma 5 kilometru, xi ħaġa li Conrad skopra li mhux minnha.

Fil-fatt fir-riċerka li għamel Conrad kejjel permezz ta' Google Maps kif ukoll fuq il-post stess, u wasal għall-konklużjoni li huma inqas minn 5 kilometri fil-verità. Kellu l-għajnuna tal-professjonisti Mr. Ray Cachia Zammit u l-istoriku u espert ta' Malta Fortifications Dr. Stephen Spiteri C Spiteri.

Fil-fatt irriżulta li l-Cottonera Lines huma 3.9 kilometri twal u s-Santa Margerita Lines huma 2.15 kilometri. Conrad kiteb ukoll fid-dettall dwar xi stampi li sab;

"Għalmenu issa għandna kejl li nistgħu nikkwotaw, u l-informazzjoni kollha hija illustrata fid-dijagramma mehmuża (Pic. 1). Ta’ min isemmi wkoll li l-partijiet imwaqqgħin ta’ dawn il-Fortifikazzjonijiet (li kellhom jagħmlu post għall-Baċiri 3, u 4, mibnija bejn l-1861 u l-1909) kienu wkoll ikkunsidrati. Pic. 2 hawn taħt turi l-Fortifikazzjonijiet kif kienu fl-1823. Pic. 3 hawn taħt turi Dock 3 u 4 illum."


Kyle Zarb