Lesti għal avventura unika taħt l-ilma b’kollaborazzjoni mal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, Ambjent Malta u Nature Trust Malta, b'tours fiż-Żona Protetta tal-Baħar f'Golden Bay u l-bajja tar-Riviera. Dawn it-tours qed joffru opportunità unika biex niskopru l-ħajja ta' taħt il-baħar.

Bi gwida minn esperti fil-konservazzjoni tal-baħar u l-ekoloġija, dawn iż-żjarat se jipprovdu lill-parteċipanti bi vjaġġ informattiv fid-dinja ta' taħt l-ilma. It-tours għandhom l-għan li jqajmu kuxjenza dwar l-importanza tal-protezzjoni tal-baħar u jippermettu lill-individwi jaraw b’mod dirett is-sbuħija u d-diversità tal-ekosistema fil-baħar li jdawwar il-gżejjer Maltin.

Minħabba n-natura delikata tal-ambjent, it-tours tas-snorkeling, ħa jkunu miftuħa għall massimu ta' 5 parteċipanti f'kull tour. Dan jiżgura esperjenza b'impatt mill-aktar baxx li tnaqqad b'mod drastiku t-tfixkil għall-ħajja tal-baħar u l-abitat tagħha. Din l-attività hija bla ħlas u miftuħa għal kull min għandu aktar minn 18-il sena. Il-parteċipanti jridu jkunu kapaċi jgħumu u f’kundizzjoni fiżika tajba għall-isnorkelling ta' fond bejn nofs metru u ħames metri.

Din l-inizjattiva mhux biss hi avventura indimentikabbli u unika, b'togħma ta' dinja oħra iżda sservi wkoll bħala tfakkira tas-sinifikat tal-preservazzjoni u s-salvagwardja tal-ambjenti tal-baħar prezzjużi tagħna. Dawn it-tours se jibdew mis-6 ta' Settembru u jibqgħu għaddejjin sas-27 ta' Settembru. Qed jiġu offruti ħinijiet varji biex jiġu akkomodati nies bi stil ta' ħajja differenti. Ovvjament dawn it-tip ta' tour dejjem jiddependu mit-temp. 

Jekk int tixtieq tassigura post fuq dawn it-tours esklussivi, individwi interessati jistgħu jirreġistraw permezz ta' din il-formula li tistgħu ssibu HAWN. Għal aktar informazzjoni dwar it-trails tas-snorkel, wieħed jista' jsib id-dettalji fuq is-sit uffiċjali tal-ERA.


Gwida.mt