L-episodju tal-lejla donnu se jkun jaħraq waħda u sew! Għaliex it-tfajliet jidhru daqstant sorpriżi u fejn sejrin?
Fil-filmat li għadhom kemm tellgħu l-paġna ta' 'Love Island Malta' jidher li Kyannah qed tersaq viċin Josh u qed tapprezza li qed jagħtiha l-ispazju tagħha. Tgħid il-folja se terġa' tinqaleb jekk jirritorna Edward fil-villa? Min-naħa l-oħra, ir-relazzjoni bejn Kyonne u Ylenia ma tidhirx li sejra kif mixtieq b'Kyonne jgħid li fil-villa ma sabx l-imħabba ta' ħajtu. Wara jidher joħroġ mill-jacuzzi u jgħidilha "għejjejtni".
Leah u Selwyn se jirnexxu jew it-tfajla għandha d-dubji minnu?
Dan kollu fl-episodju tal-lejla, nistennew id-9pm u naraw!
loveisland_malta / Instagram