Skont il-paġna ta’ Replay (Net Television), il-plejer internazzjonali Josimar Quintero jista’ jingħaqad mat-tim Malti ta’ Gudja United.

Huma qalu, “Quintero ilu għall-aħħar ġimagħtejn jitħarreġ mal-iskwadra ewlenija tal-klabb, u jidher li qed iħalli mpressjoni tajba, tant li mistenni jkun offrut kuntratt.

Qalu wkoll li, “l-midfielder ta' 26 sena mill-Ekwador hu eks plejer tal-iskwadra nazzjonali ta' taħt l-20 sena ta' pajjiżu, u beda l-karriera tiegħu fi ħdan il-La Masia, l-akkademja rinomata ta' FC Barcelona. Fl-2013, kien irrappurtat li kienet għaddejja taqtigħa bejn Arsenal u Tottenham Hotspur għall-akkwist tiegħu, iżda finalment kienu Chelsea Football Club li kisbu l-firma. Hu lagħab b'mod regolari f'livell ta' youths, inkluż fil-UEFA Youth League.”

Żiedu jgħidu, “wara din l-esperjenza, Quintero ntbagħat b'self ma' FC Rostov fir-Russja, Real Betis Balompié ta' Spanja, fejn lagħab mal-iskwadra B u eventwalment Lleida Esportiu. Fl-2019, Quintero ħalla lil Chelsea Football Club għalkollox u kien iffirmat minn RCD Espanyol de Barcelona biex kien parti mill-iskwadra B fis-Segunda División B. L-iktar esperjenza riċenti ta' Quintero kienet fl-Istati Uniti, fejn lagħab għal Real Monarchs SLC, li jikkompetu fit-tielet livell tal-futbol fil-pajjiż.”

Gudja United FC


Charlton Cefai