Doċċa regolari bil-misħun tista' tkun ta’ detriment għas-saħħa, b’mod partikolari għall-irġiel, peress li din hija marbuta ma’ riskju ogħla ta’ infertilità.

Studji wrew li s-saħħa tal-isperma fl-irġiel bi kwistjonijiet ta’ fertilità żdied b’mod sinifikanti wara li waqfu jużaw il-misħun waqt id-doċċa tagħhom.

Sħana żejda mat-testikoli tagħmel ħsara lis-saħħa tal-isperma u l-ħila riproduttiva. Barra minn hekk, l-ilma sħun jista’ jagħmel ħsara liċ-ċelloli tal-ġilda billi jaffettwa s-saffi tal-keratin u jqaxxar iż-żjut tal-ġilda, u dan iwassal għal ġilda xotta.

Kontu tafuha din?


Emil Calleja Bayliss