Il-paġna ‘It-Temp Madwarna’ ħabbret aktar kmieni llum dwar diversi nirien ftit ‘il bogħod minna, fi Sqallija. “Riħ qawwi mix-Xlokk li lokalment magħruf bħala ‘scirocco’ malli jaħbat mal-għoljiet u l-muntanji jixxotta u jsir aktar sħun malli jkun nieżel ‘l isfel. F’dak ir-reġjun tkejlu temperaturi qrib it-38°C! Dan jikkawża nirien li jinfirxu malajr fuq art xotta mingħajr ilma speċjalment fejn ikun hemm ħaxix niexef li jaqbad u jinfirex bħal nar tat-tiben” kitbet il-paġna.

Madanakollu, fuq din il-gżira mistenni li jkollha x-xita fil-jumejn li ġejjin, u l-problema mistennija li tittaffa.

 


Nicole Zammit