Il-paġna tat-temp fuq Facebook, It-Temp Madwarna kitbu post rigward tħassib li qam fost ħafna minħabba l-iżbroff tal-vulkan Etna fi Sqallija,
“Diversi korrispondenti kitbulna dwar aħbar allarmanti li dehret f’sezzjoni oħra tal-medja soċjali wara l-iżbroff riċenti li seħħ mill-vulkan Etna, fl-eqreb gżira tal-gżejjer Maltin, Sqallija,” huma kitbu.
“Huwa minnu li wieħed mill-gassijiet li joħorġu mill-vulkan huwa d-dijossidu tas-sulfat (SO₂). Huwa minnu li r-riħ se jdur mil-Lvant għat-Tramuntana u eventwalment għall-Majjistral, matul tmiem il-ġimgħa. Hu minnu wkoll li jekk tkun espost għalih jikkawża irritazzjoni fl-għajn u s-sistema tan-nifs.”
“Madankollu, l-isħaba mill-vulkan (eruption plume) mhix daqshekk densa. Din se tkun f’livelli għolja fl-atmosfera u mhux viċin il-livell tal-art.”
“Se tgħaddi malajr u matul il-lejl bejn il-Ġimgħa 26/5 u s-Sibt 27/5. Malta hu wieħed mill-aktar pajjiżi b’livelli tajbin fl-arja meta kkumparati ma’ bliet kapitali oħrajn fl-Unjoni Ewropea."M’hemmx lok ta’ allarm żejjed imma tajjeb li wieħed josserva xi jkun qed jiġri madwaru.”
Facebook/It-Temp Madwarna