Illum l-attriċi Rita Camilleri tiftakar f'persuna speċjali f'ħajjitha aktar minn qatt qabel, hekk kif f'din id-data kienet sfortunatament ħalliet din id-dinja. Rita tfakkar lill-għażiża ommha, u f'kelmtejn mill-qalb issellem il-memorja tagħha.

Rita tikteb, "Diġà 14-il sena mingħajrek għażiża ommi, ħallejt vojt kbir li ħadd u xejn ma jista' jimla. Inħossu n-nuqqas tiegħek omm, sakemm nerġgħu niltaqgħu, ħares lil Anna għalina." Ir-ritratt t'hawn fuq kienet xerrditu fuq il-profil tagħha Rita, fejn tidher ommha żżomm lilha meta kienet tarbija.

Bosta jsellmu l-memorja tal-għażiża ommha fil-kummenti. It-tim ta' Gwida.mt jixtieq ukoll isellem il-memorja ta' omm Rita.

Facebook/ Rita Camilleri


Kyle Zarb