Fuq il-paġna Innocent Paws-Maria D'Amato ġie ppubblikat appell importanti dwar kelba li ntlemhet weħidha fit-triq. Jidher li hi omm, u kapaċi tkun qed tfittex lill-ġriewi tagħha. 

"Għadni kemm rajt fox terrier femminili... fil-bypass taż-Żejtun lejn l-Marsaskala, eżattament ħdejn Torri Mamo. Hija dehret konfuża u mbeżża' peress li t-triq hija traffikuża ħafna. Sfortunatament sakemm waqaft fil-ġenb u ħriġt mill-karozza hija marret fl-għelieqi."

L-appell ikompli, "Hi għandha l-ġriewi x'imkien! Xi ħadd jaf dwarha? Jekk jogħġbok oqgħod b'seba' għajnejn jekk tgħaddi minn din it-triq."

Xerrdu l-appell.


Kyle Zarb