Lura fl-2021, wara ħafna għajdut u kurżitajiet,  ġie kkonfermat li l-preżentaturi Daniel Testa u Ylenia Spiteri fil-fatt qegħdin joħorġu flimkien. Minn dakinhar bdejna naraw l-imħabba li nibtet bejniethom dejjem tissaħħaħ u dan juruha fil-beraħ.

Kemm-il darba narawhom b'xi messaġġ ħelu għal xulxin, jew xi ritratti sbieħ waqt xi vaganza flimkien, u nistgħu ngħidu li hu fost il-koppji popolari favoriti tal-Maltin u l-Għawdxin. 

"Għadni ma nistax nemmen. L-iktar iva faċli. Għaxar Snin ta’ ħbiberija, ħames snin nagħmlu show flimkien u issa ħajja kollha mħabba u mpenn,” kitbet Ylenia lura fĠunju li għadda meta Daniel proponielha għaż-żwieġ waqt kunċert.

Illum fl-anniversarju tagħhom jidher li skoprejna meta ħa jsir il-pass li jmiss għal din il-koppja, hekk kif Ylenia kitbet, "#husband #2024wedding." Dan ifisser li mid-dehra ser ikunu qed jgħidu s-signor si s-sena d-dieħla.

Minn qalbna nifirħulhom u nawgurawlhom dak kollu li tixtieq qalbhom! Tassew ferħanin għalihom! Awguri fl-anniversarju!


Kyle Zarb