Tista tgħid li bosta kibru mal-films ta’ Harry Potter u bosta raw lil Daniel Radcliffe jikber minn tfajjel żgħir għall-ġuvni. Radcliffe għandu 33 sena u ġie żvelat li flimkien mal-maħbuba tiegħu li hija l-attriċi Erin Darke, se jsiru ġenituri għall-ewwel darba. L-attur ta’ fama mondjali rari jitkellem dwar il-ħajja privata tiegħu biss kien iltaqgħa ma’ Darke fl-2013 waqt il-ġbid tal-film ‘Kill Your Darlings’.

Erin Darke hija wkoll attriċi ta’ fama mondjali u fost il-produzzjonijiet li fihom kienet hi wieħed jista’ jsib is-serje ‘Good Girl Revolt’ u ‘The Marvelous Mrs Maisel.’

Awguri kbira lil din il-koppja!

Facebook/ Harry Potter


Charlton Cefai