Lorinda Mamo, li nsegwu lilha u lil binha Henry fuq il-paġna A Bird With A French Fry, fakkret iż-żmien meta kien irriżulta li kellha kanċer. 

Hi tikteb, "Dan ix-xahar jaħbar l-10 sena anniversarju tiegħi mid-dijanjosi." Tieħu din l-opportunità biex tfakkar lin-nies kemm hu importanti li jiċċekkjaw b'mod konsistenti, anke jekk skomda, ħalli jekk jagħti l-każ li jkun hemm bidu ta' xi ħaġa, jindunaw kmieni.

Lorinda tikteb anke xi informazzjoni dwar screening li jsir għall-kanċer tas-sida f'Malta kif ukoll iżżid statistiċi dwar is-sitwazzjoni minn madwar id-dinja ta' dan il-kanċer. Bosta ammiraw lil Lorinda li għal darb'oħra qasmet dak li għaddiet minnu mill-esperjenza tagħha. 

Facebook/ Lorinda Mamo


Kyle Zarb