Jekk qed tfittex birra tad-dieta, b'togħma mill-aqwa bi ftit kaloriji mela l-birra Belġjana Damburg tgħodd għalik. Il-moħħ wara din il-birra huma Brouwerij Martens li kienu parti integrali mill-wirt tal-birra Belġjan, li tmur lura għall-1758.

Huma ċertament li għandhom storja rikka mmens u minħabba li l-kompetizzjoni hija kbira, il-Belġju sar magħruf għal dan il-wirt. Il-birra Damburg Diet tirrifletti l-impenn ta' Brouwerij Martens kemm għat-tradizzjoni kif ukoll għall-innovazzjoni.

Il-birra hi magħmula minn ilma ġieri Belġjan, hija birra ħafifa u b'togħma friskanti. Tajjeb li tkun taf li din il-birra tad-dieta fiha 99 kalorija f'kull flixkun u livell baxx ħafna ta' karboidrati. Il-birra m'għandha l-ebda zokkor miżjud u b'hekk dawk kollha li qed isegwu dieta ta' karboidrati u zokkor baxx jistgħu jikkunsmaw din il-birra. Infatti tajjeb li nagħmluha ċara li din il-birra hi addattata għan-nies li jbatu minn livelli għoljin ta' zokkor.

Din il-lager ċara tgħaqqad il-kompetenza ta’ Brouwerij Martens ma’ impenn għall-kwalità, u tirriżulta f’birra ħafifa u b’togħma ta’ livell ta’ alkoħol ta’ 4.7%. B'żero zokkor u 0.65 gramma ta' karboidrati biss bi 30 kaloriji biss għal kull 100ml.

Il-birra Damburg tad-dieta toffri alternattiva mingħajr ma tħossok ħati li se tħaxxnek daqs birer oħra, dan jgħin lid-dilettanti tal-birra jagħtu prijorità lill-istil ta' ħajja bilanċjat u b'hekk jagħmilha ideali għal min hu konxju għas-saħħa tiegħu.

Il-birra Damburg hija importata minn 360 Foods Ltd u hija disponibbli fi fliexken tal-ħġieġ ta’ 33cl mill-ħwienet u s-supermarkets ewlenin kollha f’Malta u Għawdex. Barra minn hekk tistgħu ssibuha f'ristoranti u bars madwar Malta u Għawdex.


Gwida.mt