Wara ħafna fiżjoterapija, testijiet tad-demm, u stennija, għada Kate ser tiġi operata. Illum daħlet l-isptar, u sabet pupu jistenniha, “biex jgħini ma nibżax” qalet Kate! Din l-operazzjoni li ser issir il-Polonja, ser tgħin lil Kate biex toqgħod fuq saqajha mingħajr uġigħ.

Min jixtieq jgħin jista’ jagħmel dan billi jibgħat donazzjoni permezz ta’ revolut jew BOV mobile fuq 79051866. Tista’ ukoll tgħin billi tagħfas HAWN.

“Żommuni fit-talb tagħkom” kitbu l-ġenituri ta’ Katte f’isimha.


Nicole Zammit