"Ma, għeluq sninek wasal ukoll." Hekk beda l-messaġġ tiegħu Brady Frendo hekk kif awgura lil ommu f'għeluq sninha.

Lil Brady rajnieh fis-staġun li għadda ta' Malta's Got Talent, li fih deher ikanta rap oriġinali u saħansitra jdoqq il-vjolin.

Fil-messaġġ tiegħu għal ommu kiteb: "Nixtieq nibda billi ngħidlek grazzi ta' dak kollu li tagħmel magħna. Għalkemm niġġieldu u nagħmlu, xorta waħda nsibu mod ta' kif nirranġaw, ikun kif ikun."

Kompla: "Grazzi ta' kemm ġrejt bija meta kelli opportunitajiet differenti u avvenimenti 'l hemm u 'l hawn. Ma nistax nirringrazzjak biżżejjed talli kont omm ta’ kuraġġ u għajnuna!"

Finalment, qalilha, "Nawguralek is-saħħa u l-barka ta’ Alla issa u għal dejjem! Inħobbok, ma!"

Facebook / Brady Frendo


Gwida.mt