L-attur Amerikan Ryan Grantham ġie kkundannat għomru l-ħabs wara li wieġeb ħati li fl-2020 qatel lil ommu, Barbara Waite.

Iż-żagħżugħ ta’ 24 sena, li interpreta lil Jeffery Augustine fid-drama żagħżugħa Riverdale, ġie kkundannat fil-Qorti Suprema tal-British Columbia f’Vancouver ilbieraħ l-Erbgħa.

Huwa wieġeb ħati ta’ qtil tat-tieni grad, wara li fil-bidu kien akkużat bi qtil tal-ewwel grad. Il-prosekuturi qalu li kien ippjanat ukoll biex joqtol lill-PM Kanadiż Justin Trudeau.

Il-qorti tgħid li Grantham ammetta li spara lil ommu fuq wara ta’ rasha hekk kif daqqet il-pjanu fid-dar tagħhom, fit-tramuntana ta’ Vancouver.


Kyle Zarb