"Maria, int sabiħa f'kulma tagħmel. Int sabiħa kullimkien! Sakemm għandi lilek, ma jkun jonqosni xejn."

Hekk kitbilha Bjorn lil martu Maria fuq Facebook filwaqt li awgura lill-kantant Gianluca Bezzina, lill-kittieb Joe Julian Farrugia, u lill-kompożitur Philip Vella għar-rebħa tagħhom ilbieraħ bil-kanzunetta Sabiħa waqt il-festival tal-kanzunetta Maltija Mużika Mużika.

Kompla billi kiteb: "Ejja ħa niftħu DAR Bjorn Żebbuġ flimkien - 4 ta' Mejju, 2023". DAR Bjorn f'Ħaż-Żebbuġ se toffri l-opportunità biex aktar persuni li jbatu minn kundizzjonijiet bħall-ALS jsibu wens u kura adekwata f'komunità li lesta tgħinhom f'dak kollu li hemm bżonn.

Facebook / Bjorn Formosa & Gianluca Bezzina


Bradley Cachia