L-artist tal-intelliġenza artifiċjali magħruf fuq il-midja soċjali bl-isem malta.ai immaġina lis-soċjetà Maltija akkumpanjata b'robots li jgħinu u jżommu kumpanija.

Il-paġna tikteb li l-Kap Eżekuttiv ta’ Midjourney ibassar li jkun hawn biljun robot sas-sin tal-2040. malta.ai. Tistaqsi, "Malta kif se tadatta għal din l-era ġdida ta’ ħbieb u assistenti?"

Midjourney huwa programm u servizz ġenerattiv ta' intelliġenza artifiċjali maħluq u ospitat minn laboratorju ta' riċerka bbażat f'San Francisco, imwaqqaf minn David Holz.

malta.ai juri ritratti ta' robots jintegraw fis-soċjetà Maltija, jgħinu lill-anzjani u anke jieħdu xi tazza tè ma' xi anzjan. Taħsbu li naslu s'hemm?


Kyle Zarb