Bjorn jitkellem fuq is-sitwazzjoni ta' saħħtu u kif din marret lura tul dan l-aħħar sena. Sitwazzjoni xejn pożittiva iżda grazzi għat-tim tiegħu, jibqa' jaħdem b'determinazzjoni liema bħalha sabiex ikompli jgħin tant u tant nies.

Bjorn jibda billi jgħid, "U għexu kuntenti għal dejjem... Sfortunatament mhux eżatt hekk! Ħajti saret ultra mega diffiċli u r-relazzjoni tagħna saħansitra aktar! Aħna nissieltu kuljum ma' miljun ta' diffikultajiet. Dan l-aħħar, bilkemm nista' nitkellem, ma nistax niekol u saħansitra tlift il-funzjonalità tal-musrana."

Hu jkompli jgħid, "Ġismi prattikament ikollassa matul din is-sena li għaddiet. Iżda, madankollu, insib biss serħan f'marti Maria. Hija dejjem hemm u dejjem kienet hemm mill-bidu. Niġennen mingħajrha u tant nimmissjaha s-sekonda li ma tkunx miegħi. Marti hija speċjali, tista' tagħmel kull ħaġa u tadatta għal kull sitwazzjoni. Irrispettivament minn x’se jkun irriservalna l-futur, jien dejjem inħobbok u nirrispettak għall-appoġġ inkredibbli kollu li tajtni fl-iktar żmien diffiċli ta’ ħajti!"

Hu jkompli, "Ġentilment nitlob lilkom ilkoll biex nhar il-Ħadd, 24 ta’ Settembru, tkompli tappoġġaw il-kawża tagħna fuq l-istazzjonijiet tat-TV kollha. Jekk jogħġbok agħtu d-donazzjonijiet fuq:"

  • SMS - 5061 8936 – €6.99 👉 https://bit.ly/HelpBjorn699
  • Ċempel - 5180 2018 – €25
  • BOV Mobile Pay - 79096249
  • Revolut - +356 79209420
  • Online - https://alsmalta.org/donate/


Emil Calleja Bayliss