Fuq il-paġna tal-Facebook Malta - A New Reality, ġie mtella’ filmat xokkanti ta’ invażjoni kbira ta’ bram fil-baħar ġewwa Marsaskala. Fil-filmat jidhru mijiet jekk hux eluf ta’ bram jitkaxkru mal-kurrent ġewwa l-bajja.

Ħafna fil-kummenti esprimew it-tħassib tagħhom jekk dan hux se jerġa’ jkun realtà xejn sabiħa għall-għawwiema dan is-Sajf.

Il-popolazzjonijiet tal-bram jistgħu jvarjaw għal varjetà ta’ raġunijiet, inklużi bidliet fil-kurrenti tal-oċeani, it-temperatura, u d-disponibbiltà tal-priża tagħhom. Barra minn hekk, ċerti speċi ta’ bram għandhom xejriet ta’ riproduzzjoni staġjonali, u għalhekk jistgħu jkunu aktar prevalenti f’ċerti żminijiet tas-sena. L-attività tal-bniedem, bħall-iżvilupp kostali u s-sajd żejjed, tista’ wkoll tħalli impatt fuq il-popolazzjonijiet tal-bram.

Facebook/Malta - A New Reality


Bernard Xuereb